Is-saħħa mentali hija parti essenzjali mill-benesseri tal-bniedem, kemm fil-ħajja personali kif ukoll f’dik professjonali. Filwaqt li ħafna drabi niffokaw fuq il-kura wara li tinqala’ l-problema, dan is-seminar jiffoka fuq il- prevenzjoni - kif nistgħu nagħrfu sinjali ta’ twissija, innaqqsu r-riskju ta’ burnout, u nsaħħu l-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.
Permezz ta’ dan is-seminar, immexxi minn Dr Nicholas Briffa, se niddiskutu x’inhi l-burnout u kif hija marbuta mas-saħħa mentali, kif ukoll strateġiji prattiċi biex wieħed jieħu ħsieb il-benesseri tiegħu fuq livell bijoloġiku, psiko-soċjali u spiritwali.L-għan ewlieni huwa li nżidu l-għarfien u noffru għodod konkreti biex kull min jattendi jkun jista’ jindirizza l-istress ta’ kuljum b’mod aktar konxju u sostenibbli - għas-saħħa tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru.
Ma hemm l-ebda ħlas għal dan is-seminar imma huwa mportanti li wieħed jirreġistra fuq dan il-link:
https://forms.gle/j6FyA5pDGKtYmicF9 jew billi wieħed jibgħat email fuq:
aW5mbyB8IGdvem9idXNpbmVzc2NoYW1iZXIgISBvcmc= Il-kelliem prinċipali se jkun Dr Nicholas Briffa. Dr Nicholas Briffa huwa psikologu kliniku, sexologist, u riċerkatur mal-European Federation of Sexology. Jikkollabora wkoll klinikament mal-Institute of Clinical Psychology f’Ruma u jaħdem bħala Visiting Lecturer fl-Università ta’ Malta.
Nicholas jamministra wkoll l-prattika klinika tiegħu stess.
Agenda:
09:00 – 09:30 Kafe u Reġistrazzjoni
09:30 – 09:35 Introduzzjoni mill-President tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex Michael Galea
09:35 – 10:35 L-ewwel Sessjoni: X’inhi l-Burnout u x’għandha x’taqsam mas-saħħa mentali.
10:35 – 10:50 Waqfa qasira għall-Kafe’
10:50 – 11:50 It-Tieni Sessjoni: Kif nieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħi (perspettivi bio, psiko-soċjali uspiritwali)
11-50 – 12:10 Domandi, Diskussjoni, u Riflessjonijiet Finali
12:10 – 12:15 Rimarki Konklussivi mill-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex Daniel Borg
Also check out other Workshops in Victoria.