Id-Dritt li Tgħawweġ #1, 19 December | Event in Victoria | AllEvents

Id-Dritt li Tgħawweġ #1

Wirt Għawdex

Highlights

Fri, 19 Dec, 2025 at 06:30 pm

Santa Cecilia Chapel

Advertisement

Date & Location

Fri, 19 Dec, 2025 at 06:30 pm (CET)

Santa Cecilia Chapel

Il-Kappella ta' Santa Ċeċilja, Triq ta' Lambert, Għajnsielem, GSM, Malta, Victoria

Save location for easier access

Only get lost while having fun, not on the road!

About the event

Id-Dritt li Tgħawweġ #1
Wirt Għawdex se torganizza l-ewwel taħdita fis-serje ta’ taħdidiet għas-snin 2025-2026 nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru 2025 fis-6.30pm fil-Kappella ta’ Santa Ċeċilja, Għajnsielem. It-taħdita, li se tingħata bil-Malti minn Prof. Michael Spagnol u Keith Attard, se tiffoka fuq id-djaletti ta’ Għawdex, bl-isem “Id-Dritt li Tgħawweġ”.

Il-kelliema se juru kif it-taħdit tal-Għawdxin hu differenti minn tal-Maltin, billi jiffukaw fuq il-ħsejjes u l-grammatika tad-djaletti, u fuq kollox fuq il-vokabolarju, kif il-kliem jinbidel fl-għamla u fit-tifsira tiegħu meta naqsmu l-fliegu. Barra minn hekk, se jiġi diskuss ukoll l-“Għawdxi” fil-ħafna forom tiegħu u naraw kif id-djaletti tal-lokalitajiet mhumiex kollha xorta.

Prof. Michael Spagnol jgħallem il-Lingwistika Maltija l-Università ta’ Malta. Jagħmel riċerka dwar it-terminoloġija, id-djaletti, u l-grammatika tal-Malti. Jieħu sehem f’konferenzi internazzjonali u jippubblika studji f’għadd ta’ kotba u rivisti akkademiċi. Kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti u l-Kap tal-Kumitat tat-Terminoloġija fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Huwa l-editur ta’ "Riċerkaturi", u l-koeditur ta’ "Qabelxejn" u tas-sensiela "Dizzjunarji Speċjalizzati". Imexxi l-paġna "Kelma Kelma" u hu wieħed mill-organizzaturi ta’ "Kelma Kelma Nota Nota".

Keith Attard jgħallem il-Malti fil-Kulleġġ San Elija. Ippubblika żewġ edizzjonijiet tal-ktieb ‘Ballun Pinġut’ (2012, 2014), qarrej tal-provi ma’ Proofreading Malta u Merlin Publishers, u kittieb tal-iskritti tal-programm “Etimoloġija”. Kien il-President tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-editur ta’ "Leħen il-Malti" – Għadd 41 u Għadd 42. Għallem il-korsijiet tal-ortografija “Tisħiħ fil-Kitba tal-Malti 1” u “Tisħiħ fil-Kitba tal-Malti 2", u “Il-Malti Pass Pass: L-Ortografija”, organizzati mill-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Malti tal-Università.

Wara t-taħdita se jkun hemm ħin għal mistoqsijiet mill-udjenza u diskussjoni. Nirringrazzjaw lill-Delicata Winery talli sponsorjaw ix-xorb għal wara t-taħdita.

Min jixtieq jattendi importanti li jirreġistra b’xejn permezz ta’ din il-ħolqa: https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSd09zuYAs4nPDmfCDN1YPlVsNlg6wYKwSafeIlK0aQ2rEvaaA/viewform?usp=dialog https://.

L-ispazju fis-sala huwa limitat u l-postijiet mhumiex garantiti. Tingħata prijorità lil min ikun irreġistra.

Wirt Għawdex hija organizzazzjoni volontarja mhux governattiva mwaqqfa fl-1981 bl-għanijiet li jitrawwem l-għarfien tal-wirt tagħna fost il-livelli kollha tas-soċjetà, u taħdem sabiex tissalvagwardja l-patrimonju naturali, arkeoloġiku, storiku u antropoloġiku tal-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna. Din hija l-ewwel minn serje ta’ taħditiet li se jsiru kull xahar u li jvarjaw fit-tematika tagħhom b’rabta ma’ Għawdex. Il-pubbliku ġenerali mistieden jattendi.

interested
Stay in the loop for updates and never miss a thing. Are you interested?
Yes
No

Ticket Info

Tickets for Id-Dritt li Tgħawweġ #1 can be booked here.

Advertisement

Nearby Hotels

Santa Cecilia Chapel, Il-Kappella ta' Santa Ċeċilja, Triq ta' Lambert, Għajnsielem, GSM, Malta, Victoria
Reserve your spot
Ask AI if this event suits you

Host Details

Wirt Għawdex

Wirt Għawdex

Are you the host? Claim Event

Advertisement
Id-Dritt li Tgħawweġ #1, 19 December | Event in Victoria | AllEvents
Id-Dritt li Tgħawweġ #1
Fri, 19 Dec, 2025 at 06:30 pm