Għal darb'oħra, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, huwa honorat li se jkun qiegħed jerġa jorganizza l-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ fl-4 ta' Settembru 2025!
Din l-attività tagħti opportunità unika liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin sabiex jesperjenzaw l-irwol ta’ membru parlamentari għal ġurnata u jitgħallmu l-proċeduri l-aktar bażiċi tal-Parlament Malti.
It-temi għal din is-sena huma:
- Il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fl-Istituzzjonijiet Politiċi
- Ir-Regolazzjoni tal-użu tal-Intelliġenża Artifiċjali (AI) fl-Edukazzjoni
Din l-edizzjoni tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ hija rikonoxxuta bħala avveniment uffiċjali tal-programm tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ewropa.
Matul is-sajf, iż-żgħażagħ ikollhom iċ-ċans jikkreaw riżoluzzjoni dwar it-temi magħżulha sabiex eventwalment jippreżentawhom waqt seduta parlamentari lejn tmiem is-sajf 📢.
Qabel is-seduta nnifisha, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jieħdu sehem f'sensiela ta’ workshops sabiex jiżviluppaw iI-ħiliet tagħhom🤩.
Wara li r-riżoluzzjonijiet jiġu maqbula mill-parteċipanti fis-seduta, dawn jigu ppreżentati lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppozizzioni.
Dan l-avveniment huwa miftuħ għaż-żgħażagħ ta' bejn it-13 u it-35 sena.
Applikaw hawnhekk:
https://forms.gle/Nuoho6fJKjbC9Fec9
L-applikazzjonijiet se jagħlqu fil-5 ta’ Lulju.
Għal iktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq
bmF0aW9uYWwgfCBrbnogISBvcmcgISBtdA== bil-mistoqsijiet tagħkom.
Also check out other Workshops in Valletta.