Ingħaqad magħna għal sitt taħditiet bil-Malti dwar il-kura tal-patrimonju kulturali fil-knejjes u l-mużewijiet madwar Malta.
Is-sensiela se ssir fis-18:00, bejn it-24 u t-28 ta’ Novembru, fil-Kunvent tal-Kappuċċini, il-Furjana.
M’hemmx obbligu li tattendi għas-sessjonijiet kollha, kull taħdita hija indipendenti u miftuħa għal kull min hu interessat.
It-Tnejn, 24 ta’ Novembru, 18:00
X’tgħid il-Liġi Ekkleżjastika dwar il-kura tal-Patrimonju
[Mgr Patrick Incorvaja]
It-Tlieta, 25 ta’ Novembru, 18:00
Il-Kurżità: Kif tiġbed lin-nies lejn il-mużew [Dr Matthias Ebejer]
L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 18:00 (Mosta)
Il-Preservazzjoni: Prijoritajiet fil-konservazzjoni u r-restawr [Mr Pierre Bugeja]
Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 18:00
Il-Listi: Inventarji u l-valur tad-dokumentazzjoni [Dr Matthias Ebejer]
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 18:00
Is-Sensi: Il-mużew u n-narrattiva sensorjali [Dr Sandro Debono]