Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

2 Events

Upcoming Events
Past Events

There are no upcoming events at the moment!

Follow Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb to get updates.

Follow Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
We don't have past events information at the moment!

About Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa entità pubblika li tagħmel parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni. Il-Kunsill joffri bosta servizzi importanti lill-industrija tal-ktieb Malti filwaqt li jħeġġeġ il-qari u jmexxi ’l quddiem il-ktieb bħala mezz ta’ komunikazzjoni fix-xejriet kollha tiegħu. Il-Kunsill jirrappreżenta lill-kittieba, lill-pubblikaturi u lill-imsieħba kollha tiegħu f’fora pubbliċi u f’fieri barranin kif ukoll jaħdem sabiex il-letteratura ta’ pajjiżna tiġi esportata fi swieq barranin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza avvenimenti ta’ skala nazzjonali bħall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb filwaqt li jamministra wkoll il-Fond Malti tal-Ktieb, il-Jeddijiet tas-Self Pubbliku, jorganizza konkorsi letterarji varji u huwa wkoll l-aġent lokali tal-ISBN u l-ISMN.Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jaħdem mill-qrib u b’mod dirett mad-diversi faxex tal-industrija tal-ktieb bil-għan illi l-ktieb Malti jibqa’ dejjem rilevanti, jidħol f’kollaborazzjonijiet u ftehim ma’ entitajiet u għaqdiet kulturali differenti, governattivi u mhux, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-qagħda tas-settur tal-ktieb imma wkoll ħalli jinħolqu aktar opportunijiet professjonali għall-imsieħba kollha kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna.

Get Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Event Updates