Wirja ta’ Presepji Artistiċi fil-Kappella ta' Birmiftuħ, il-Gudja🎄
Għat-tieni sena konsekuttiva, SKALI GUDJA flimkien ma’ Presepisti Gudjani u Din l-Art Ħelwa ser jerġgħu jiftħu l-bibien għal wirja mill-isbaħ fil-Kappella Medjevali ta’ Bir Miftuħ, fil-Gudja. Wirja ta' presepji maħdumin b'tant reqqa, tekniċi tradizzjonali, u attenzjoni għad-dettal u minn presepisti dedikati li għandhom għal qalbhom dan ix-xogħol interessanti. 🕯
🗓 15 ta’ Diċembru – 6 ta’ Jannar 2026
⏰ Matul il-ġimgħa: 5:30pm – 8:30pm
⏰ Ħdud: 10:00am – 12:00pm u 5:30pm – 8:30pm
❗ Fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena: Magħluqin
Minbarra li tgawdu presepji artistiċi, tkunu tistgħu tapprezzaw ukoll din il-Kappella u l-istorja tagħha.
🚗 Parking sal-entratura – mhux problema.
🎟 Dħul b’xejn.
Inħeġġukom tattendu u taqsamu magħna l-ispirtu sabiħ tal-Milied. 🌟
NARAWKHOM!
You may also like the following events from SKALI Gudja:
Also check out other
Arts events in Gudja.