Tema: Għeruq iż-Żwieten
Post: Ġnien l-Għannejja (San Girgor)
Nagħlqu l-istaġun ta’ din is-sena ta' Minn Pjazza għal Pjazza fiż-Żejtun, bl-attivitajiet kollha mfassla biex ifakkru l-identità, il-wirt u l-għeruq tal-komunità.
X’se ssibu?
🎺 Tikka Banda tidħol ġo Dar l-Anzjani biex iġġib ftit ferħ u mużika lil dawk li tant taw lill-komunità.
🍲 Fondazzjoni Nazareth issajjar sopop tradizzjonali li jirriflettu l-qalb u l-ġenerożità Żwitana.
🌍 Stalls mill-komunitajiet barranin li jgħixu fiż-Żejtun – togħmiet, arti u tradizzjonijiet minn madwar id-dinja.
🎄 Christmas stalls fil-ground tal-football bi prodotti, rigali u x-xiri festiv.
🚂 Chuchu Train għat-tfal u l-familji li jridu jduru l-inħawi b’mod divertenti.
🎤 Main Stage b’programm ta’ mużika u divertiment matul il-ġurnata.
🍖 Ikel Malti mil-biċċerija u togħmiet lokali għal kulħadd.
Ejja nagħlqu flimkien b’ċelebrazzjoni li tgħaqqad il-passat mal-preżent, il-komunità mal-kultura, u l-festi mal-qalb taż-Żejtun.
Also check out other Sports events in Zejtun, Music events in Zejtun, Entertainment events in Zejtun.