Event

BARRA BID-DAQQ! - NRU 2

Advertisement

🇲🇹 Ħbieb! Wasalna għat-tieni edizzjoni tas-sensiela "BARRA BID-DAQQ"! 🎶✨

Din id-darba se niltaqgħu f’Pjazza San Pawl, il-Ħamrun — jiġifieri fejn il-Ħamrun Kiosk, fis-7pm. Simili għall-ewwel kunċert, dan ser ikun b’xejn għall-pubbliku, u għalhekk inħeġġu lil kulħadd, ta’ kull età u xorta, biex jiġi u jgawdi għażla ta’ mużika live lokali f’post familjari u magħruf minn kulħadd.

Għal din il-lejla se jkollna lil Karmaġenn, Maya Aarohi, kif ukoll lil Stjanu Debono akkumpanjat minn Steve Buttigieg. Ser ikollna wkoll mistiedna speċjali li għalissa se nżommuhom ftit sigrieti — imma jitħabbru dik in-nhar stess. Se tkun lejla mimlija bl-ingredjenti kollha biex timla qalbek b’kuntentizza liema bħala, u għalhekk inħeġġukom tiġu u ġġibu magħkom lill-ħbieb, familja u qraba wkoll.

Minn hawnhekk nixtiequ wkoll nirringrazzjaw il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, kif ukoll lil Michele Benincasa għad-disinn sabiħ tal-poster.

Narawkom hemm!💫

.

🇬🇧 English version below ⬇️

Friends! We're back with the second edition of "BARRA BID-DAQQ"! 🎶✨

This time, we’re gathering at Pjazza San Pawl in Ħamrun — right next to the iconic Ħamrun Kiosk - starting around 7pm. Just like the first concert, this event is completely free and open to the public, so we’re inviting everyone — of all ages and walks of life — to join us for an evening of local live music, bringing fresh energy to a much-loved spot.

Joining us on the night are Karmaġenn, Maya Aarohi, and Stjanu Debono accompanied by Steve Farrugia. And yes — we’ve got some special surprise guests lined up too... but we're keeping that a secret for now. All will be revealed on the day!

It promises to be a night filled with all the right ingredients to lift your spirits and warm your heart. So come along — and bring your friends, family, and neighbours with you!

Special thanks go to Ħamrun Local Council and Michele Benincasa for the beautiful poster design.

See you there! 💫




Advertisement
Share with someone you care for!

Best of Hamrun Events in Your Inbox