Event

Minn Pjazza Għal Pjazza - Gżira

Advertisement

Minn Pjazza għal Pjazza tasal Gżira!
Ejja ngħaqdu flimkien fil-pjazza ta’ Gżira nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju għal serata mimlija kultura, attivitajiet u mumenti li jiġbru lill-komunità kollha. Din hi waħda mill-waqfiet minn sensiela ta’ attivitajiet li se ntellgħu fil-pjazez tagħna.

Lejla speċjali għall-familja kollha, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Gżira.

Permezz ta’ dan il-proġett – Minn Pjazza Għal Pjazza – il-Kunsill Lokali ta’ Gżira ser ikun qed jorganizza attività li tesplora t-trasformazzjoni ta’ Gżira minn raħal marittimu għal qalba urbana u dinamika.

Il-passat u l-preżent jiltaqgħu permezz ta’ workshops, wirja fotografika u attivitajiet ma’ residenti u komunità multikulturali li għadha marbuta mill-qrib mal-baħar u mal-identità tagħha.

Minn Pjazza għal Pjazza – Kull pjazza ssir palk, u kull ġrajja ssir mument kulturali.



Advertisement
Share with someone you care for!

Best of Sliema Events in Your Inbox